BEJNIETNA

Uri x'taf - Spettaklu ta' Talenti

Miktub minn Marya Demanuele

Il-Ħamis 3 ta' Ottubru, ġiet organizzata serata fantastika fejn numru ta' parteċipanti urew it-talenti u d-doni tagħhom quddiem numru ta' nies. Is-Sala St Thomas More kienet ippakjata sa ruħ ommha. Il-festival bl-isem 'Uri x'Taf' dam sejjer madwar tliet sigħat.


Il-parteċipanti kienu maqsuma fi tlett kategoriji skont l-eta' tagħhom. Kien hemm esibizzjoni ta' kant, żfin, akrobazija u maġija. Kull parteċipant għamel l-almu tiegħu u were t-talent bl-aħjar mod. L-ispettaklu li tellgħu kien ta' barra minn hawn u xi uħud jġibulek għajnejk wara widnejk.





Għal dan il-festival kien mistieden il-President ta' Malta Dr. Gorg Vella bħala l-mistieden distint. L-organizzaturi gabru l-fondi għal Community Chest Fund. B'kollox inġabru mal-€6000. Kien hemm ukoll ammont ta' gabbani li offru ikel varjat għal waqt il-waqfa. In-nies xtraw bi ħġarhom għaliex il-qligħ mar kollu għal Community Chest Fund.


Dan il-festival tant intgħoġob li l-organizzaturi ġa qed jaħsbu biex jtellgħu festival ieħor fix-xitwa. Min ma attendiex għal dan il-festival jaħsibha sew biex ma jitlifx dak li jmiss.