28/10/2020   Tikka Malti

  Safra  mill-aqwa!












































Is-sena l-oħra morna sa Sqallija.Jiena u l-familja tiegħi tlajna fuq il-vapur u jiena bdejt  nilgħab xi logħob fuq il-mobajl tiegħi .Ma tantx kien hemm nies fuq il-vapur . Aħna żorna xi ħames postijiet! It-temp kien xemxi u l- baħar kien ċar kristall.Fil-bagalja ħadt xi  ħwejjeġ , il-flokk favorit , piġama , żarbun u pupu biex norqod bih.



Ommi kienet ġietha l-idea li nżuru Sqallija. L-iktar ġurnata li ħadt gost kienet meta żorna l-Etna. Il-kamra tagħna fil-lukanda li qgħadna fiha kienet kbira . Morna anke l-baħar u jiena kont liebsa dublett għax konna sa morru ngħumu .  Ħassejtni ferħana ħafna .Domna  tlett ijiem u kollox mar ħarir f'din il-vaganza. Ħassejtni tajjeb ħafna wara din is-safra .Ħadd ma weġġa' u spiċċa kollox b'wiċċ il-ġid.Ħadt ħafna gost għax kont mal-familja tiegħi.



Talli qgħadna bravi jiena u ħija xtrawlna rigal żgħir minn Sqallija. Kemm nixtieq nerġa' mmur!