Misteru fil-Buskett

Bonġu! Jien jisimni Daniel, u jien illum ha nirrakontalkhom x'kien ġarali mhux daqshekk ilu fil-Buskett.


Darba jien u l-familja tiegħi ftehemna mal-familja tal-ħabib tiegħi li jismu Kayden biex imorru l-Buskett, li hu tip ta' foresta żgħira fejn is-soltu n-nies iġibu kamp u joqogħdu hemmhekk jirrilassaw. Issa aħna hekk konna għamilna ltqajna ħdejn ħanut minn hemmhekk morna bil-karozza u bdejna insuqu.


Wara xi sagħtejn, aħna wasalna u sibna post sabiħ u komdu bejn tliet siġriet ħdejn xulxin. Il-ġenituri qalulna li nistgħu mmorru nilagħbu sakemm huma jirranġaw il-kamp. Aħna morna u ħadna pjaċir. Waqt li aħna konna qed nilagħbu sibna farfett sabiħ bil-kuluri iswed, abjad, blu, aħmar, isfar u ħafna iktar. Aħna morna niġru warajh u ntlifna. Qgħadna ngħajtu imma tant konna imgerfxin bil-farfett li morna wisq 'il bogħod biex il-ġenituri tagħna jisimgħuna u għalhekk bdejna nimxu f'direzzjoni waħda li qbilna magħha. It-tnejn domna nimxu nimxu u nimxu għal iktar minn sagħtejn u bqajna nimxu u nimxu sakemm umbagħad bdejna nisimgħu u nħossu l-art tiċċaqlaq, Kayden twerwer u qabeż fuqi u waqqa' lili u lilu innifsu wkoll.


Wara smajna twerżiqa li l-ħoss tagħha għamel xaqq ġol-art. Wara rajna li kien ġgant għadu kif rifes fuq dar u daħlitlu ġebla ppuntata ġo siequ. Jien ersaqt lejh meta rajtu u ma bżajtx. Hu rrakontali x'ġara u jien neħħejtlu l-ġebla.Tgħidx kemm feraħ meta nduna li setgħa jimxi sew. Aħna rrakontajnielu x'ġaralna u peress li kien twil, ra l-kamp tagħna. Qabadna fil-pala t'idu u ħadna ħdejn il-kamp. Kulħadd rringrazzjah. Minn dakinhar kull nhar ta' Ħadd bqajna mmorru l-Buskett biex nilagħbu miegħu u hu dejjem ikun hemm jistennina.

Pittura tal-Ġgant