Meta Qabdet id-Dar Tagħna




Fl-erbgħa u nofs tas-sibt li għadda, jiena kont fil-kamra tiegħi mal-mama' u l- papa'.


Kont qed nara xi ħaġa stramba ġejja mill-kuritur. Ittawwalt u rajt ħafna duħħan fil-kċina ! Aħna morna niġru biex naraw x'ġara u rajna li t-towster kienet ħadet in-nar! Il-mama' qabdet il-mowbajl u ċemplet għall-għajnuna. Tlaqna niġru sal-kamra tal-ġenituri tiegħi imma nsejna l-kelba. Il-kelba tagħna hija bajda silġ imma issa kienet ġiet sewda faħma. Miskina veru bdiet tippanikja!


In-nar beda jikber u jikber. Kull ma rajt jien kien nar oranġjo ħafna. Bdejt nibża' ħafna ! F'daqqa waħda rajna ilma ikħal u ċar jispara mal-bieb tal-gallerija. Kienu n-nies tat-tifi tan-nar. Bdew ukoll jgħinuna ninżlu fuq l-art , b'sellum twil.


Wara xi jiem aħna konna nistgħu mmorru lura d-dar tagħna. Wara dan kollu se nkun kuljum attent x'se jiġri fid-dar tiegħi u se noqgħod attent għat-towster li mhux se jieħu n-nar !