Isem:Densel Schembri Classi:6.2

Dakinhar li Ntlift !


Kont daqsxejn ta' tifel ċkejken.Il-jum li jimmarka s-sena elfejn u ħmistax , kien il-Ħadd filgħaxija, meta jien u l-familja tiegħi ddeċidejna li mmorru niċċelebraw il-festa tar-raħal taż-Żejtun.


Meta ħriġna mill-parkeġġ bdejna mexjin lejn il-pjazza biex nilħqu l-patruna ta' Santa Katarina ħierġa mill-knisja.Ma jonqsux l-isparar u l-murtali, wara rajna l-baned tal-każini għaddejin u waqafna nitkellmu ma' xi ħbieb tagħna . Kelma ġġib lil oħra iżda l-ġenituri u ħuti l-bniet intilfu jitkellmu . Dlonk f'ħakka t'għajn intbaħt bi sħabi tal-klassi u mort b'ġirja waħda nkellimhom.


Dak il-ħin jien tant kont eċitat li meta rajt lil sħabi tani ferħ ta' ġenn biex nilgħab magħhom u ngawdihom ftit tal-festa . Wara li għadda ftit tal-ħin indbaħt li tlift lill-familja tiegħi. Dlonk imsarni niżlu f'saqajja għaliex lanqas l- użu ta' mowbajl ma kelli dakinhar. Ma kontx naf x'ser naqbad nagħamel ! Sħabi rawni isfar mewt pero kellhom problema li qatt ma kienu iltaqgħu mal- familja tiegħi b'hekk ma setgħux jgħinuni nfittixhom.