Spettaklu ta' talenti.

Kien il-25 ta' Settembru, għall- ħabta tas-sebgħa u nofs ta' filgħaxija meta fit-teatru Manoel

il-belt Valletta ttella' spettaklu ta' talenti meraviljużi. Għal dan l ispettaklu li dam sejjer siegħa u nofs kien hemm mitejn u ħamsin persuna spettatur.

F'din l-okkażjoni setgħu jieħdu sehem tfal, bniet u subien tal-eta minn għaxra sa sittax il-sena u li għandhom talent. Mill-mijiet ta' tfal li applikaw biex jieħdu sehem, intgħażlu ħamsin parteċipant b'talenti varji fosthom akrobazija, kant, żfin, arti. daqq ta' strumenti tal-mużika u oħrajn.

Waqt li kien għaddej dan l-ispettaklu fit-teatru bdew jinġabru fondi biex jingħataw donazzjoni lill- għaqda "Puttinu Cares" . Ghal din l-attivita' kienu mistiedna diversi nies distinti fosthom l-kapijiet u l-assistenti kapijiet tal-iskejjel ta' dawk it-tfal li ħadu sehem, l Prim Ministru bil -familja tiegħu u l-President ta' Malta u l -mara tiegħu.

Fost dawk it-talenti meraviljużi kollha, spikka tifel ta' tnax -il sena li kanta l-" Ave Maria" b'leħen inkreddibli u li emozzjona lil ħafna mil-mistiedna fit-teatru Manoel. Talent ieħor kbir kien ta' tifla ta' tmien snin iddoqq il-vjolin b'mod eċċezjonali. Nista ngħid li kulħadd faħħar l-organizazzjoni u l-livell għoli ta' dan l -avvieniment u li kollox mexa skond il-programm maħruġ.

Kulħadd jixtieq li din l-attivita' tibqa ssir imqar darba fis-sena u jżiedu l-ħin ħalli jieħdu sehem iktar tfal Maltin u Ghawdxin b'talenti jew doni varji.