Ktieb li qrajt - It-Tliet xewqat ta' Karl Scicluna

Abigail Magro, Y 4.1


Kien hemm koppja fqira. Darba r-raġel ra siġra kbira u kif kien ser iqaċċatha, Flora s-saħħara t-tajba waqqfitu. Talli ma qaċċathiex qaltlu li għandu tliet xewqat. Mar id-dar u qal b'kollox lil martu Nicole.


Hu kien bil-ġuħ u xtaq li jkollu torta u din ġiet. Nicole irrabjat u xtaqet li t-torta tmur fuq rasu u hekk ġara.


Ippruvaw jaqilgħuha imma ma setgħux. Nicole xtaqet li tinqala' minn rasu u hekk ġara. It-torta marret fuq il-mejda u Ben kien kuntent li ser jikolha. Nicole irrabjat għax kienu ħlew it-tliet xewqat!