L-Annimali jiġu l-Iskola!


Meta se jigu? u x'ħa nagħmlu?


L-iskola taż-Żejtun Primarja B qed jorganizzaw avveniment għall-annimali, u jekk tridu tistgħu ġġibu l-annimali/i tiegħek.


Se jkollhom logħob bħal tellieqa mal-annimali l-oħrajn, min jaqbeż l-iktar u min jobdi lil sidu l-iktar. Imbagħad, meta jispiċċaw il-logħob, jkollhom il-brejk u tistgħu ġġibu l-annimali tagħkom fil-bitħa magħkom. Imbagħad inlibbsu lill-qattus/a jew lill-kelb/a tiegħek bil-kostumi li l-istudenti ġabu jkunu l-iskola magħhom.


Intom l-istudenti żgur se tieħdu gost jekk iġġibu l-annimali magħkom. Min m'għandux annimal, joqgħod jara tal-oħrajn u jista' jilgħab magħhom ukoll. Jekk se ġġib l-annimal tiegħek hemm raġuna oħra għaliex se tieħu gost. Magician se jiġi l-iskola biex jagħmel il-maġija u tista' tara din il-maġija mal-annimal tiegħek!


Din l-attivita' se tkun fil-5 ta' April. Grazzi talli qrajtu dan l-artiklu u ftakru biex tħobbu l-annimali bħal li tħobbu lill- ġenituri tagħkom!


Miktub minn: Daniel Zahra