Meta ħlomt li mort f'park tal-fantasija


Illum kelli ġurnat twila u dħalt norqod fid - disgħa ta' filgħaxija. Wara ftit li dħalt norqod bdejt noħlom. Ħlomt li mort ġo park tal - fantasija . Ġo dan il- park rajt ħafna karattri li jogħġbuni, imma l-iżjed wieħed li għoġobni kien Spiderman . Ġrejt lejn Spiderman u għannaqtu . Bdejna nitkellmu u għadtlu kemm nieħu gost nara l - 'cartoons' fuqu jew xi kotba tiegħu. Qalli biex immur miegħu x'imkien speċjali u sabiħ. Ħadni ġo kamra fejn kien jittrenja biex jurini kif jitla' mal - ħajt u staqsieni jekk irridx nitla' mal-ħajt. Qabel ma bdejna qalli sabiex nilbes bħalu, u fil-pont segwejtu u lbist il - kostum li tani. Wara bdejna nittrenjaw. Ma kienx faċli, imma bil - mod il-mod tgħallimt u bdejt tiela' mal-ħajt ma' Spiderman. Inżilna bil - mod biex nieklu u staqsieni x'ridt niekol u mar isajjar il - 'burgers'. Ġabhom u kilna ħdejn xulxin . Kif kont se ngħidlu ċaw giet ommi tqajjimi għall-iskola. Kelli seba' mitt sena sabiex jiġi il- papa' mix - xogħol! Meta fl -aħħar ġie u għadtlu b'kollox qalli li xi darba se mmorru.