Il-Ħlejqa



Il-ġimgħa li għaddiet iena lqtajt ma' ħlejqa żgħira ħafna. Imsarni niżlu f'saqajja għax jien kważi ilfista. Din il-ħlejqa żgħira żgħira qaltli li jisimha Tito. Tito qaltli li tħobb ħafna l-kulur roża u ikħal blu, għalhekk tilbes flokk roża, qalziet roża u għandha ġwienaħ blu. Tito affaxxinatni, hi qaltli li tista' ttir u issir invizibli.




Hi saqsietni x'nixtieq u jien għidtilha li nixtieq ktieb u hi tatuli. Jien mal-ewwel indunajt li ser inkunu ħbieb tajbin. Tito qaltli li kienet se tmut bil-ġuħ, allura ħadta d-dar. Meta wasalna ommie bdiet taħseb li jien kont qed inkellem lil-ħajt minħabba li ma ratiex lil Tito. Imma imnalla qaltli li nistgħu inżommmuha.




Jien kważi kullimkien noħoda lil Tito, imma l-iktar l-iskola u d-dulċier. Min jaf kemm -il student ġi fl-inkwiet minħabba fiha! U meta tara l-ħelu! Kullimkien tgerfixlu lid-dulċier, dejjem tiġi d-dar bil-ħelu.




Ħa nigħd il-verita ġieli tqabbadni xi ftit nervi, imma l-iktar hi tagħmilni ferħana. Tito imbilli hija żigħra għandha għajneja ikbar minn żaqqha. Kull filgħalxija tiekol il-frott, ħaxix u ħelu li tkun serqet mingħand id-dulċier. Kemm nieħu gost magħha.




Kemm bdejt nibki meta kellha bżonn tmur għand il-familja tagħha. Hi qaltli li ser tiġi tarani kull ġimgħa imma xorta ser inħossu n-nuqqas tagħha.