Fis-sala tal-iskola Żejtun kien hemm spettaklu ta' talenti.Dan l-ispettaklu sar fil- 21 ta' April 2021 u dam siegħa u nofs. Is-sala kienet mimlija daqs bajda. Kien hemm madwar mitejn ruħ. B'kollox kien hemm ħames mitt ruħ bil-parteċipanti, l-istaff u l-udjenza.



Ħadu sehem ħames mitt ruħ. Kulħadd seta' jieħu sehem, imma ħadu sehem biss dawk li kellhom talent vera tajjeb. Kien hemm ftit minn kollox: żfin, ċajt, tpinġija, drama, kant, ħjata u ħafna iktar.



Imma kien hemm wirja tal-akrobazija li kienet tal-għaġeb. Bdew iduru fuq l-ispag u ċ-ċrieki, kien hemm min beża' jarah. Lili l-kant li vera jgħajjat vera dejjaqni u kelli seba' mitt sena biex jispiċċa. Imma kien hemm min vera impressjona ruħu.


Inġabru €15,000 u tawhum lill-istituti. Kien hemm mistednin spaċjali wkoll bħall-President u martu u xi nies importanti. Kulħadd kien fuq ix-xwiek meta ħabbru r-rebbieħa. Kienet tifla bit-tpinġija tagħha. Nispera li jerġa jsir.



Spettaklu ta' talenti