Poeżija


L-aħħar mumenti

Illum sitta u għoxrin ta' Ġunju elfejn u għoxrin

L-aħħar jum skolastiku tagħna ,

ninsab ftit imħasseb, imma ilkoll miġburin !



Il- Pandemija Covid 19

li firditna 'l-bogħod minn xulxin,

xorta waħda bqajt naħseb fikhom

f'kull ħin u kullimkien !



Xi ngħid għall-għalliema

dejjem lesta, dejjem fil-ħin,

dejjem tħanbaq u tgħlim

biex ta' nies inkunu kullimkien !



Grazzi ta' dak kollu li għamilt magħna

ma nistax ninsa' l-mumenti tiegħek,

ħin iċ-ċajt u ħin it-tgħalim,

aħna kollha miegħek !



Is-sitt sena hija l-klassi

fiha konna tlieta u għoxrin,

bl-'LSAs' iduru magħna

minnhom qatt minsijin!



Ma ninsewx il-Kap tal-iskola

assistenti,skrivani u ħasselin,

ngħidilhom grazzi minn qiegħ qalbi

u ta' dan nibqgħu magħqudin !