Kif qattajt il-vaganzi tas-sajf

Dan is- sajf kien wieħed mil-isbaħ sjuf ta'

ħajti apparti li gawdejt is-sajf u l-baħar ta' Malta,

żort ukoll żewġ pajjiżi fl-Ewropa, l-Greċja u l-Italja.


Il-Greċja morna bl-ajruplan. L-ewwel


żorna Gżira jisimha Agina. Hemmhekk

rajna ħafna baħar sabiħ u ħadna ħafna

gost ngħumu fih. Żorna wkoll il-Belt kapitali

tal-Greċja, Ateni u hemm żorna postijiet

sbieħ bħal it-tempju ta' Acropolis u

l- Kanal ta' Isthmos li minn hawn jgħaddu

eluf ta' vapuri.

Ħmistax wara morna l-Italja bil- katamaran


ma' tal-futbol għax kellna tournament. L-ewwel post

morna Licata biex nippreparaw għal l-ewwel logħba

li irbaħna 3-2 u vera fraħna. Filgħodu qomna, ħadna

breakfast u morna ngħumu kollha flimkien fil-pool u

tgħidx kemm qbiżna. B'kollox kellna erba' logħbiet

u spiċċajna t-tieni post u tawna tazza kbira u

medalja kull wieħed.

Wara t-tournament morna


ħafna postijiet sbieħ u differenti bħal

Erice, li hemm irkibna cable cart u

tlajna ħafna fil-għoli u vera kien

post sabiħ. Morna wkoll Etnaland

u hemm tgħidx kemm ġrejna jien

u sħabi u rkibna rides. Din kienet

vaganza oħra mil-isbaħ li qattajna

flimkien mal-ħbieb tagħna u żorna

ħafna postijiet sbieħ u li żgur ħa

nibqa' niftakar.

Kurt Mallia 6.1 red