Kayden Cauchi Year 6.5

Mort is-suq man-nanniet.



Darba waħda n-nanniet qajmuni biex immorru sas-suq. Jien lestejt u ħadt bela' te' sħuna. Aħna morna b'tal-linja u dommna ftit sa ma wasalna.


X'ħin wasalna kien hemm ħafna nies. Jien kelli l-kartiera allura stajt nixtri tużana ħut. In-nanniet riedu jixtru ħafna affarijiet. Jien mort indur man-nanniet ukoll. In-nanna riedet tixtri xi ħwejjeġ u n-nannu ried jixtri xi affarijiet qodma. F'daqqa waħda rajt karta tal-ħames ewro mal-art.


Kien hemm wieħed ibiegħ xi mwejjed u siġġijiet u għidt lin-nannu biex jixtri żewġ imwejjed żgħar u siġġijiet għalina. Fl-aħħar irnexxielna nistrieħu ftit. Kif wasalna d-dar, għint fit-tisjir tal-ħut li xtrajna filgħodu. Wara ikla bħal dik, konna għajjenin u morna norqdu. Vera ħadt gost is-suq man-nanniet, iġri nerġa' mmur.