Il-Figolla

Ilbieraħ għamilt figolla!

Bl-għaġina ħelwa u l-mili ħmejtha u żejjintha.

L-ewwel ħallejt iċ-ċikkulata bajda u delliktha,

umbagħad użajt il-qlub u bihom għamilt il-linja

ta' barra, għajnejh, ħalqu, imnieħru u widnejh.

Fl-aħħar għamilt forma ta' qalb bil-qlub u

ġewwa mlejtu bil-frak ikkulurit.