Meta mort is-Suq



Tlett ġimgħat ilu mort id-dar tan-nanna u n-nannu. Fis-sebgħa ta' filgħodu morna s-suq taż-Żejtun bil-karozza tan-nannu. Aħna u sejrin, bdejt nisma' ħafna ħsejjes fil-karozza u kien hemm riħa ta' petrol. F'qalbi għedt "Nispera li naslu ! "


In-nanna riedet tmur il-ħanut ta' 'Flying Tiger', in-nannu ried imur għand 'Tal-Lira' u jiena xtaqt immur għand il-'Lasco'. Minflok f'dawn il-ħwienet , iddeċidejna li mmorru s-suq li jarma nhar t'Erbgħa biex nagħmlu xirja affarijiet minn hemm. Xtrajna ikel għalina u għall-kelb tan-nanniet li jismu Rocky. Xtrajna wkoll ħwejjeġ u affarijiet ħalli nnaddfu d-dar tan-nanniet.


Kif ġejna biex immorru lura, n-nanniet ma setawx jiftakru fejn ipparkjaw il-karozza. Bdejna nduru u nfittxu , imma għalxejn. Jiena ġietni l-idea li ngħid lill-mama' u l-papa' jippruvaw iffittxuha bil-karozza tagħhom. Wara madwar ħamsa u erbgħin minuta , irnexxielna naslu sal-karozza!


Wara din il-battikata, in-nanna ma qatgħetx qalbha u riedet xorta tmur fil-ħanut ta' 'Flying Tiger'. Għalhekk morna hemm ukoll, u anke għand 'Tal-Lira' u l-'Lasco'. Hekk kulħadd kien kuntent!


Kemm ġraw affarijiet dak inhar li mort is-suq man-nanna u n-nannu! Fares u daħk li ma ninsa qatt !