Jum l-Isport


Il-Ġimgħa li għaddiet, 1 ta' Marzu, 2024 kellna Jum l-Isports fl-iskola. Qomt fuq ix-xwiek eċitat għall-ħarġa. Ippreparajt basket żgħir b'ikel, xi ħaġa tajba u ħafna ilma. Kienet ġurnata xemxija imma ma kinitx se tagħmel differenza għax konna se nkunu ġewwa.


Wasalt l-iskola u kulħadd kien jidher eċitat. Qgħadna ftit fil-klassi sakemm ma jsir il-ħin biex immorru. Wara naqra ġiet ix-xarabank. Kellna vjaġġ qasir sal-Kottonera Sports Complex. Qgħadt bilqiegħda ħdejn il-ħabin tiegħi Andre' u qgħadna nitkelmu waqt il-vjaġġ.


Meta wasalna laqgħetna mara bjonda u qaltilna biex nidħlu ġewwa peress li kien hemm raġel jistenniena. Dan qalilna li din ma kinitx kompetizzjoni imma biex nieħdu gost. Poġġejna u qgħadna nieklu u nistennew sakemm isir il-ħin biex għajtulna biex ninżlu nilagħbu. Kien hemm ħafna stazzjonijiet u skejjel differenti. L-għalliema spjegawlna l-logħob u kif nilagħbuhom. Lgħabna futbol, basketball, tennis, volleyball u ħafna oħrajn. Kien hemm logħob li nqsamna fi gruppi. Wara ftit ħin kellna brejk.


F'tebqa t'għajn kien sar il-ħin li mmorru lura l-iskola. Dan il-Jum tal-Isports kien l-aħjar u ħadna ħafna gost għalkemm għajjejna.