Safra mill-aqwa




Kien Lulju tas-sena l-oħra, ftit ġranet wara li spiċċat l-iskola. Jien u l-familja tiegħi qomna kmieni u tlaqna lejn l-ajruport.


Jien u ħuti tgħidx kemm konna eċitati għax konna sejrin Disneyland. F`sagħtejn u nofs wasalna Pariġi. Sibna taxi tistennina u ħaditna l-lukanda, fejn hemmhekk kilna xi ħaġa ħafifa. Meta konna lesti rħejnilha lejn il-park ta Disneyland. Tgħidx kemm kelli friefet go fija. Malli wasalna lanqas ridt nemmen lil għajnejja, kont ferħana se ntir. Kien hemm ħafna logħob u ġostri kbar, fin-nofs ilmaħt karuzell kbir u mill-ewwel ġrejt għal fuqu. Oħti xtrat tajjar tal-ħelu u jien tħajjart. Ħija xtara tuffieha miksija bl-għasel u jien ridt waħda wkoll. Għamilna erbgħa t`ijiem sħaħ induru hemm u lanqas għejjejna xejn.


Morna ukoll inżuru Pariġi, tlajna fuq it-torri Eiffel, żorna l-Louvre fejn rajna l-Monalisa, morna il-Katidral ta`Notre Damme u rkibna dgħajsa li ħaditna dawra fuq ix-xmara Senna. Hawnhekk kilna il-kreps biċ-ċikkulata u l-makarons.


Disneyland kien wieħed mil-isbaħ postijiet li morna u la tgħaddi l-Corona l-mama' tgħid li se nerġgħu immorru.