Il-Magna taż-Żmien


Darba waħda tfaċċat magna misterjuża fil-kamra tas-sodda tiegħi. Din il-magna kienet tidher qisha tubu tond kbir ħafna u kkulurit. Jiena kont kurjuża kif din il-magna spiċċat f'kamarti. Ridt inkun naf din il-magna x'tagħmel tant speċjali. Kont waħdi u dħalt ġo fiha. Meta dħalt ġo fiha, għafast buttuna u bdejt nara qisha d-dinja tagħna fil-futur.


Din id-dinja kienet ferm sabiħa u nadifa għax kienet miżgħuda b'kull tip ta' siġar, fjuri u pjanti. Ma kienx hemm mard bħal covid u ħadd ma kien baqa ġewwa msakkar fid-dar imdejjaq. Jiena rajt robots u nies fġo karozzi li jaħdmu bla emmissjonijiet tal-gastal-gass. Dawn il-karozzi kienu magħmula apposta biex ma jħammuġx l-arja nadifa u pura.


Jiena domt ħafna hemmhekk nara u nistghaġeb. Naħseb domt iktar minn siegħa nħares madwari u xi drabi niċċassa għax ma stajtx nemmen lil għajnejja. Erġajt dħalt lura fil-magna għax kien sar il-ħin biex nirritorna lura lejn id-dar. Wara din l-avventura, kont għajjiena mejta u mort norqod. Dakinhar irqadt bħal tarbija, pero din il-magna taż-żmien ma reġgħetx tfaċċat lura.