Kif qomt, sibt ruħi mibdula f'żiemel

Kien filgħodu meta qomt u mort fil-kamra tal-banju. Bdejt miexja lejn il-kamra tal-banju waqt li nisma' ħoss stramb immens qisu tal-ħoss taż-żiemel li jagħmel meta jimxi jew jiġri. Dħalt fil-kamra tal-banju u ħarrist lejn il-mera... bdejt inroddt is-slaleb għax rajt żiemel fil-mera.

Bqajt fejn kont iebsa stanga b'ħalqi miftuħ beraħ bil-bżieq ħiereġ minnu. Wara bl-għeruq u bix-xniexel (bil-barnuża u l-ħwejeġġ li ġewwni żgħar) tlaqt niġri' l'barra nipprova nimxi fuq żewġ saqajn. Ma flaħt iktar, bdejt niġri. Waqt li kont għadejja rajt ħafna nies.

Kull ruħ fit-triq daret tħares lejja. Pulizija demmu jsawtek ġie jiġri warajja, iżda hu daħħal il-lifgħa f'ħobbu għax jien ħrabt u wara li ġew il-pulizija loħra biex jgħinu lil pulizija li prova jaqqbadni, ħarsu lejħ u bdew jgħidu kontrieħ. Sibt għalqz mitluqa u għaxt ħajti fiha. Ġili qabditni n-nostalġijja niftakar li jien kont persuna. In-nies drawni ukoll u ħadu ħsiebi daqqs li kieku ż-żiemel tagħhom.