Il-Magna taż-żmien

Kien il-Ħadd filgħodu, jiena u l-ħabib tiegħi Mason konna qegħdin mehdijin naħdmu fil- ġnien,sakemm sibna xi ħaġa qisha kulur il-fidda.

Aħna qabditna kurzita' kbira biex naraw x'kienet. Ġbarnieha u meta rajnieh sewwa bqajna b 'ħalqna miftuħ!! Dik il-ħaġa kienet tidher bħal arloġġ tal-id imma ma kellux minutiera jew sekondiera, lanqas kellu numri fuqu! Kellu biss buttuna waħda u tliet kelmiet, "passat, preżent u futur". " Stenna ftit, għidt jien din smajt fuqha" Din jisimha il-magna taż-żmien, tagħfas il-buttuna u tieħdok fil-passat, preżent jew futur"!. Mason wara ftit fehem kollox imma baqa' jħares lejn il-kelma passat għax hu dejjem xtaq li jara d-dinosawri. Mela għafas il-buttuna u għamel xewqa li jmmorru fi żmien tagħhom!


Fi ftit sekond i-magna taż-żmien ħaditna fil-passat, ħamsa u sittin miljun sena ilu! F'dak iż-żmien id-dinja kienet tidher differenti mmens, ħafna aktar muntanji, ħafna aktar annimali u xejn nies! Vera li n-nies ma kinux għadhom bdew jeżiżtu f'dak iż-żmien imma l-iktar ħaġa interessanti kienet li f'dak iż-żmien kienu jeżiżtu d-dinosawri!!. Mason kien ferħan se jtir minħabba li x-xewqa tiegħu saret realta'. Aħna bdena nesploraw il-post sakemm iltqana ma xi tip ta' dinosawru jismu "Triceratops" li jfisser "ras bi tliet qrejjen "imma t -Triceratops feraħ bina għax hu jiekol il-pjanti, mhux il -laħam allura ma kellniex minn xhiex nibżgħu. Aħna ħsibna li nitimgħuh ftit għax kien jidher ftit bil-ġuħ allura qtajtna ftit weraq u tajniehomlu biex jiekolhom. Wara ftit minuti jiekol t-Triceratops beda jħoss l-istonku mimli, mela waqafna ntuh il-weraq. Mela komplejna nesploraw u hu ideċieda li jigi magħna u beda jimxi warajna. Ma riedx iħallina waħidna u aħna ħsibna li tkun idea tajba li nsiru ħbieb u hekk għamilna. Aħna wara bdejna nfittxu dinosawri oħrajn u sibna oħra li kien jisimha "Stegasaurus" imma kienet għadha żgħira. Kienet qieghda tfittex l'ommha għax intilfet! Aħna ħsibna li ngħinuha ssib l'ommha u hekk għamilna. Wara siegħa infittxu, rajna dinosawru ieħor imma ma kinitx omm l Istegosaurus, kienet Tyrannosaurus Rex u kelha l ġuħ, imma din kienet tiekol il laħam, mhux il ħaxix!!.

Aħna bdejna niġru daqskemm setgħu saqajna imma wara jiena u Mason rajna għar li stajna nistaħbew fih u hekk għamilna u T-Rex ma sabniex u telaq. X'ħin telaq ħriġna mill-għar u erġajna bdejna nippruvaw infittxu omm l -Istegasaurus. Wara siegħa oħra rajna dinosawru ieħor u bil-heffa mxejna sa ħdejh u wararajna kien hemm omm -Istegsaurus! Kemm ferħet meta rat liż żgħira tagħha u li ma kinitx imweġġħa. Minħabba li aħna sibna ż-żgħira tagħha, hi riedet tagħtina xi ħaġa, il-ħaġa kienet ġebla forma ta'qalb!!. Aħna fraħna biha ħafna , wara ftit aħna bdeja mixjin u fetlilna 'l fuq u rajna ġebla ta' daqs enormi fis-sema se taqa' għal ġod-dinja. "Dik il- ġebla li qatlet id-dinosawri!" qal Mason.

Aħna użajna l-magna taż-żmien u mora lura lejn il-preżent malajr!.


Hemmkekk aħna ħsibna ħafna fuq id -dinosawri x'setgħa ġara minnhom. Aħna ħadna ħafna pjaċir fiż-żmien tad-dinosawri, imma ideċidejna li ma ngħidu lil ħadd, żammejna kollox sigriet bejn żewġt iħbieb.

sabniex