Dawra man-nanniet

Is-Sibt li għadda, jiena u nanniet morna bil-karozza saż-Żejtun. Meta morna t-temp xemxi. In-nanniet jieħdu gost meta mmur jiena magħhom. Dejjem iħalluni nixtri xi ġugarell sabiħ. Domna ħafna biex naslu ż-Żejtun u daqs kemm domna biex waslna kienu siegħa u nofs ta' wara nofs in-nhar.


Meta wassalna kien hemm ftit nies. Waqt li konna mixjin jiena rajt ħafna anzjani, bejjiegħa u nies. Jiena, in-nanna u n-nannu rajna ikel veru tajjeb imma l-iktar li kien hemm huma l- banana, tuffieħ, larinġ u langas.


Kien hemm nies jieklu. Jiena xammejt riħa ta' downats, ikel, ħelu u riħa ta' fjuri. Meta konna qegħdin nimxu n-nanna kienet riedet tieqaf għand tat-tapiti u domna xi tletin minuta. Rat tapit kien jiswa 29 ewro. Imbagħad n-nannu ried imur għand tal-arloġġi imma ma xtara xejn għax kienu għoljin ħafna. Fl-aħħar kien wasal il-ħin biex imorru in-naħa tal-ġugarelli. In-nanniet xtrawli robot u kuluri tat-tpinġijja.


Meta kont rikeb fil-karozza tan-nannu ħassejtni ferħan ser intir għax qatt ma mort dawra magħhom. Nixtieq li fil-vaganzi li jmiss nerga' immur dawra oħra biex b'hekk ikun nista' ingawdi lin-nanniet iktar.