Il-Ħlejqa

Is-Sibt filgħaxija kont dieħel norqod.F'daqqa waħda jien rajt raġġ ta dawl qawwi.

Dak il-ħin inħsadt u mort nittawwal minn ġot-tieqa.

Jien mort barra biex nara x'inhu.Xħin ersaqt lejħ indunajt li kienet xi ħlejqa żgħira.Din il-ħlejqa kibret u bdiet tkellimni,qaltli biex naħseb l-akbar xewqa li kelli.Jien għidtilha l-akbar xewqa li għandi hija li nkun plejer tal-futbol!


Hekk ġara sirt plejer tajjeb u magħruf.Wara li sirna ħbieb huwa qalli li hu jista' jsir dak li jird

bħal isir persuna.Dan il-ħlejjaq qalli li jismu Jonstru.Jien kont fis-seba' sema biex inrabbiħ jien għax qatt ma rabbejt ħlejqa f'ħajti.Jien dawwartu dawra mad-dar u wara għidtlu fejn ħa jibda jorqod li kien fil-kamra tas-sodda tiegħi.


Jonstru qalli li d-dar għoġbitu.Jien u Jonstru irqadna qisna żewġ bambini żgħar.Xħin qomna aħna morna nilagħbu barra logħba futbol u Jonstru sar plejer famuż li jismu Ronaldo.Peress li qatt ma rajt kif jilgħab jien kont nervuż.Wara li għajejjna nilagħbu aħna morna nieħdu l-ikel ta' filgħodu.Xħin lestejna mill-ikel qagħdna naraw programm fuq il-Malti jismu Daħka Speċjali.


Nista' ngħid li mnalla rajt lil din il-ħlejqa għax ahna sirna qisna ħobż u sikkina u bdejna nieħdu ħsieb xulxin.