Il-materjali li jeżistu madwarna


Madwarna, fid-dinja li ngħixu fiha jeżistu kemm materjali naturali, li nsibuhom bħala materja prima għax ġew maħluqin minn Alla meta ħalaq id-dinja, kif ukoll materjali li ġew maħluqin mill-bniedem.


Mill-ġebel, trab, żrar, ramel u ġir, il-bniedem jibni d-djar, bini enormi, jagħmlu l-konkos u  ħafna oġġetti oħra bħall-konolli u statwi.   Mir-ramel jsir il-ħgieg. Mit-tafal isir l-fuħħar.  Anke mid-deheb, ċomb, melħ,  ħadid u faħam isiru l-affarijiet. 


Il-bniedem ivvinta i-karozzi, inġenji u makkinarji  mill-ħadid u ħafna materjali naturali.


Mill-qoton jagħmlu d-drapp, rukkelli tal-ħajt u l-kobob tas-suf.  Mill-annimali jsiru ħafna affarijiet magħmulin mill-bniedem.  Mill-ġlud u s-suf  tal-annimali jinħadmu t-twapet, ħwejjeġ, ġilda u kutri. 


Fl-antik  mill-għadam tal-annimali kienu jagħmlu l-għodda, l-armi u dekorazzjonijiet biex jilbsu, bħal ċpiepet u ġiżirani.        


Miz-zkuk u l-ftiegħi tas-sigar jiġu

magħmulin  il-karti, il-gomom,

il-lapsijiet u kull bini, għamara u

affarijiet  oħra magħmulin mill-injam.   

 

Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar il-bniedem ser jibqa’ jiskopri u joħloq invenzjonijiet mill-materjali li jeżistu madwarna.


Saħansitra l-biedem ħoloq inġenji  kbar biex ikun jista’

iħaffer fil-fond taħt l-art biex itellgħu ż-żejt u l-ilma

ġieri biex nixorbu minnu. 


Huwa tajjeb li l-bniedem jivvinta inġenji kbar biex jagħmlu l-ħajja iktar faċli, iżda qed issir ħafna ħsara lin-natura u qed jiżdiedu ħafna dħaħen fl-arja.



Jayden Galea

Year 4.1