Il-magna taż-żmien

Ftit ta' żmien ilu jiena u ħabibti morna passiġġata twila fil-foresta. Il-foresta li morna nimxu fiha ma kinitx daqshekk sabiħa għax ma kellhiex fjuri u siġar u kien hemm weraq xott kullimkien.


Waqt li konna mexjin bil-lajma, rajna xi ħaġa tleqq qalb weraq. Il-kurżita' għelbitna u morna naraw x'kienet. Meta qallibna l-weraq niexef sibna oġġett qisu arloġġ kulur l-fidda li fuqu kellu miktub il-magna taż-żmien. Aħna bqajna skantati b'din is-sejba u t-tnejn li aħna ħsiebna biex nagħfsu l-buttuna tal-ġenb u naraw x'jiġri.

Meta għafasna l-buttuna rajna ħafna dawl ġej għalina u fi ftit sekondi sibna ruħna f'foresta kbira mimlija fjuri u siġar bħal dawk li naraw fuq it-televiżjoni. Aħna ndunajna li konna sibna ruħna fil-passat, fejn kienet għaddejja nixxiegħa tal-ilma li kienet tagħti l-ħajja lis-siġar, il-fjuri u l-ħlejjaq kollha tal-madwar. Bqajna nimxu u ndunajna li kienet l-istess foresta li konna fiha fil-preżent.Waqt li konna mixjin rajna qarn tal-'unicorn' ta' kulur ileqq, ġbarnieh u tfajnieh ġol basket. Wara li għamilna madwar siegħa nduru, iddeċidejna li mmorru lura d-dar. Għafasna l-buttuna u fi ftit sekondi sibna ruħna lura fil-preżent.


Kienet esperjenza sabiħa ħafna u aħna ddeċidejna li filwaqt li ma ngħidu xejn lil ħadd nerġgħu mmorru. Min jaf, forsi niltaqgħu ma xi antenat!





finished