Kif ser inqatta is-Sajf

Għal vaganzi tas-Sajf jiena għandi ħafna pjanijiet wara li għaddejna minn din il-pandemija. Issa wasal iż-żmien li nerġa' ingawdi il-ħbieb u l-familja.


L-ewwel pjan li għandi huwa li nibda mmur il-baħar ta' spiss. Il-baħar jiena vera inħobbu għaliex niltaqa' mal-ħbieb wara il-Covid19. It-tieni pjan li jiena għandi, huwa li mmur nara in-nanniet aktar ta' spiss u nara li huma tajbin. Issa li l-pandemija kważi għaddiet nista' narahom mingħajr biża.


Pjan ieħor huwa li nmur il-privat ħalli nibqa' niftakar dak kollu li tgħallimt din is-sena meta mmur lura l-iskola. Jiena fis-Sajf inħobb li nkompli naqra kotba għaliex hekk inkun qed ngħaddi naqra mill-ħin u fl-istess ħin inkompli nitgħallem. Għandi pjan li nidħol f'kompetizzjoni li qed jorganizzaw tal-iskola.


Mal-pjanijiet inżied ukoll il-futbol li huwa l-attivita' favorita tiegħi. Jiena nilgħab maż-Żejtun Corinthians. Il-futbol fih ħafna dixxiplina u jgħini fil-ġiri u fin-nifs.


Nispera li l-pjanijiet jirnexxu ħalli nkun nista' niltaqa' mal- ħbieb.