Riċetta: Tiġieġa l-forn bil-couscous


Ingredjenti għal 5 persuni:


Tiġieġa u nofs

100g couscous

tewm

basal

żejt

tursin

butir

kunserva

bżar u melħ


Metodu:


Tidlek it-tiġiega biż-żejt. Troxxilha ftit bżar u melħ u ssajjar fil-forn għal siegħa u nofs.


Tqatta' l-basal u t-tewm zgħir ħafna.


Tgħalli 500ml ilma, twaddablu 2 mgħaref kunserva, kuċċarina butir, izzid il-couscous u tħawwad b`furketta għal 2 minuti.


Tneħħi l-couscous minn-fuq in-nar u żżid bżar, melħ, basal, tewm u tursin skont gostik.