LIL: jayden@gmail.com

MINGĦAND: jake@ilearn.edu.mt

SUĠĠETT: Dawra bid-dgħajsa

DATA: 2 ta' Ġunju,2020


Għażiż Jayden,


Kif inti? Kif inti sejjer bla skola? Qed ikollok xogħol tal-iskola?

Jien mhux ħażin imma ddejjaqt ġewwa. Missieri qalli li se joħodni dawra bid-dgħajsa u qalli li nista' nġib ħabib miegħi. Mal-ewwel ġejt inti f'moħħi għax inti l-akbar ħabib tiegħi.

Se mmorru nhar is-Sibt li ġej. Magħna se nġibu lil Chase il-kelb tiegħi. Forsi noqogħdu nistadu ftit. Inġibu x'nieklu u x'nixorbu.

Vera nixtieq li tiġi magħna ħa ngħaddu ġurnata flimkien.


Saħħiet,

Jake