Annimal li għandna fid-dar

Ħelow! Jien jisimni Amy u ser nitkellem dwar il-kelb tiegħi, Buddy. Jiena nħobb ħafna

l-annimali ghax iżommuli l-kumpanija. Buddy huwa Labrador ta' erba' snin u nħobbu ħafna!


Lil Buddy qlajtu minghand ħabiba t'ommi bhala rigal. Huwa kbir u isfar fil-kannella u għajnejħ huma kannella fl-ahdar. Vera ubbidjenti, imma jista' wkoll ikun makakk daqs gurdien xiħ, bhal pereżempju meta jisraq l-ikel mingħand ommi meta tkun qed issajjar!


Kuljum, wara l-iskola, nilagħbu xi logħba flimkien u meta nkun qed nagħmel xogħli tal-iskola, joqgħod fuq is-sufan. Xtrajnielu sodda, imma xorta jippreferi s-sufan. Inħobbu nilagħbu bil-gugarelli flimkien u meta jgħejja, jmur jorqod fuq is-saqqu tiegħu.


Meta jkun rieqed, innaddaf il-bitha tiegħu li tinten bhal kalzetti maħmugin! Kull filgħaxija nagħtieħ x'jiekol ukoll u noħorgu fuq il-bejt biex jigri. Darba fis-sena nieħdu għand il-veterinarju għat-tilqima ma' missieri.


Buddy qisu ħija u nħobbu ħafna għax iżommli l-kumpanija li jkolli bzonn matul il-gurnata u jferraħni meta nkun imdejqa. Irrid nagħmel appell lil kulhadd biex ma taħqrux l-annimali, ghax huma jħossu u għandhom qalb bħalna!