Inġibu l-Annimali Tagħna l-Iskola

Nieħdu Pjaċir Mal-Annimali Tagħna l-Iskola


Jien nimmaġina li ħafna mill-istudenti tal-iskola jrabbu annimal. L-annimali jġibulna ħafna ferħ u imħabba, allura f'din l-iskola se jkollna ġurnata fejn tistgħu ġġibu annimal magħkom l-iskola.




F'din il-ġurnata se jsiru ħafna attivitajiet fejn ser jieħdu sehem l-annimali kif ukoll l-istudenti li jattendu din l-iskola. Dawn l-attivitajiet jinkludu: li tieħu l-annimal tiegħek quddiem l-għalliema u l-ħbieb tal-iskola tiegħek u toqgħod titkellem fuqu, kif ukoll attivita fejn inti, bl-apparat li jkun hemm l-iskola, tieħu sehem f'tipi ta logħob għalik u għall-annimal tiegħek.




Waqt il-ħin tal-iskola xorta waħda ser ikun hemm il-lezzjonijiet, imma waqt il-ħin tal-brejk, l-għalliema ser jagħżlu żewg studenti biex imbagħad dawn iż-żewġ studenti jiddeċiedu x'ser jagħmlu waqt dak il-perjodu tal-ħin. Din l-attivta trid tinkludi logħob bejn l-istudenti u l-annimali tagħhom.