Dakhinar li mort is-suq man-nanniet


Is-Sibt li għadda kif kien għaddu qed ibexbex jien u n-nanniet morna s-suq. Morna b'tal-linja. It-temp kien bnazzi bi ftit żiffa ħafifa.


Fi xħin wasalna morna nixorbu kikkra te'. Is-suq kien hemm folla nies għax kull meta timxi taħbat ġo xi ħadd. Waqt li konna mixjin kien hemm ħanut tal-ġugarelli li laqatnli għajnejja. Kien hemm ħafna bejjiegħa u wieħed minnhom beda jbiegħ l-imqaret. Kellhom riħa tfuħ immens. Bdejt nisma' wkoll in-nies ipaċpċu. Fil-bidu bdejt niddejjaq imma mbagħad rajt ħanut tal-ġugarelli u n-nanniet ħallewni nidħol.


Dan il-ħanut beda jbiegħ ġugarelli ta' kull tip imma jien l-iktar ġugarell li għoġobni kienet karozza li tmexxiha bir remote control. In-nanniet ħallewni nixtriha u tgħidx kemm fraħt. Wara n-nanna rat ħanut tal-antik u morna naraw x'għandu. Jien xejn ma interessani ħlief il-ġugarelli tal-injam. In-nanna xtrat tapit antik. Waqt li konna sejrin lura n-nannu ra ħanut tal-għodda. In-nannu xtara sett sħiħ tal-għodda u n-nanna ma ħadet pjaċir xejn. Fl-aħħar meta lestejna morna għand bejjiegħ tal-ħwejjeġ u hemmhekk iltqajt ma' ħabib tiegħi. Aħna morna nieklu pastizz tal-pizelli flimkien. Il-ħin tar allura morna lura fuq tal-linja.


Dik kienet ġurnata sabiħa għax ħadna pjaċir u għax qattajt ftit ħin man-nanniet. Nixtieq li nergħu mmorru.