IL-KAXXA TAD-DEHEB


Tifel kien fit-triq meta għadda trakk kbir mimli kaxxi qodma tal-injam. F'daqqa waħda ħa skoss kbir u waħda mill-kaxxi waqgħet fuq saqajh. Is-sewwieq tat-trakk ma ndunax u baqa' sejjer. Huwa pprova jqandel il-kaxxa imma kienet tqila wisq u għalhekk għajjat lill-ħabib tiegħu biex jgħinu jpoġġu l-kaxxa fuq il-bankina.


It-tfal ġiethom kurżita kbira x'kien hemm ġol-kaxxa. Huma bilkemm felħu jiftħu din il-kaxxa daqs kemm kienet issiġġilata tajjeb u b'xejn ma setgħu jiftħuha. Wieħed mit-tfal iddeċieda li jmur sad-dar u jġib xi għodda biex ikunu jistgħu jiftħuha. B'għaġeb kbir hekk kif irnexdielhom jiftħuha rawha ppakkjata b'ħafna deheb prezzjuż. Huma ċemplu lill-pulizija biex jinvestigaw u jaraw isibux ta' min kienet dik il-kaxxa tad-deheb.


X'ħin ġie sid il-kaxxa tad-deheb bħala ringrazzjament lil dawk it-tfal tagħhom xi ħaġa prezzjuża tad-deheb.