88

Fid-dar tan-nanna


Kien hemm tifla li tgħix man-nanna għax il-ġenituri tagħha mietu.

Filgħaxija n-nanna u t-tifla kienu jħobbu jaraw programm tat-tisjir fuq it-televiżjoni. Marija t-tifla qabadha n-ngħas. Kif kienet qiegħda fuq is-sodda hi semgħet xi ħsejjes ġejjin minn fuq u telqet tara.

Rat żewġt irgiel u marret tgħid lin-nanna u Marija ftakret x' qalulha l-iskola u ċemplet lill-Pulizija. Il-Pulizija kif ġew fid-dar tan-nanna sabu żewġ ħallelin u arrestawhom. Il-Pulizija qalulha prosit lil Marija.