Il-kamra tas-sodda tiegħi

Il-kamra tas-sodda tiegħi hija għal qalbi ħafna.Jiena nżommha ordnata għax nagħmel kollox f'postu.Fil-kamra tiegħi hemm ħafna affarijiet bħal kotba,ġugarelli,ħwejjeġ,ritratti,imsomma mimlija daqs bajda.Il-kamra hija kbira u spazjuża. Mal-ħajt għandi stampi tal-karattri ta'(star wars)! Il-kulur tal-għamara fil-kamra huwa kannella ċar u abjad silġ u il-ħajt huwa abjad, għalhekk għandi ħafna dawl.Hija kamra moderna għax milhiex ħafna għandi.Minn ġot-tieqa nara bini,għasafar u karozzi.


Fil-kamra għandi sodda kbira,gwardarobba kbira bil-mera fuqha,ħafna xkafef bil-kotba,ġugarelli u (lego),gradenza,skrivanija,siġġu idur,televiżjoni u kompjuter .Il-ġugarelli jogħġbuni ħafna għax ma niddejjaq qatt naqra.Is-sodda għandha kutri sbieħ u komdi,l-imħadda komda ukoll.Jien u ħija norqdu flimkien fuq l-istess sodda għax kbira.


L-aktar ħaġa li nħobb huma l-ixkafef għax inħobb ngħaqqad il-lego u mbagħad inżejjen bihom.Jiena ma nbiddilha ma' xejn għax hija l-aqwa kamra li qatt kelli.