12 ta'Gunju 2020



Min Se Jsibu?


Il-Ħamis 11 ta'Gunju 2020, id-Direttriċi tal-Librerija ta' l-iskola Saint Thomas More, iż-Żejtun, ikkonfermat li ġie nieqes ktieb ta' valur konsiderevoli minn din il-librerija.


Jingħad li dan il-ktieb intlemaħ l-aħħar f'idejn tifla ta'madwar għaxar snin l-Erbgħa 10 ta' Gunju 2020. Din it-tifla talbet lil-librar biex isibulha għax kienet xtaqet tagħmel riċerka fuq l-istorja ta' Malta. Il-librar iddeskriva lil din it-tifla bħala twila, b'xagħarha iswed u għajnejha ħodor.


Il-ktieb li ġie nieqes igib l-isem ta' Rajt Malta Tinbidel u huwa miktub mill-awtur Malti Herbert Ganado. Għandu qoxra sewda bl-aħmar bil-kitba kulur id-deheb. Dan il-ktieb huwa l-ewwel edizzjoni u għalhekk għandu preġju u valur kbir.


Kull min jixtieq jgħaddi xi nformazzjoni lill-amministraturi tal-librerija, jista' jagħmel dan b'mod kunfidenzali billi jċempel fuq in-numru 21232323.