Il-Jum Oranġjo



James: Mela, kif se nippjanaw dawn l-attivitajiet ta' Jum Oranġjo ?


Sabrina: Mhux ċerta ħafna. Imma jien kieku nixtieq li jkun hemm wirja ta' ċarts u proġetti , li jitkellmu kontra l-vjolenza u l-bulliżmu.


James: Jien kieku nixtieq li jkun hemm kompetizzjoni ta' l-isbaħ tpinġija.


Sabrina : Iva, idea tajba ! Liema minnhom se nagħmlu ?


James: Nistgħu nagħmluhom it-tnejn li huma. Fejn se nirriklamaw l-attivitajiet?


Sabrina : Importanti li nirriklamaw permezz ta' posters fil-klassijiet tal-iskola.


James : Il-wirja u l-attivitajiet se jsiru mis-sitta u għoxrin sat-tletin ta' Marzu.


Sabrina: Fis-sala tal-iskola tagħna. Bħala ħin nagħmluh mill-ħamsa u nofs sas-sitta u nofs. X'taħseb James?


James: Iva naqbel. Issa nkellmu lill-għalliema biex tgħinna norganizzaw dan kollu li ppjanajna.


Sabrina : Għamilna pjan tajjeb ħafna ! Prosit James u grazzi tal-ideat tiegħek !


James :Grazzi lilek ukoll. Għandi mitt sena li jasal iż-żmien tal-wirja. Min jaf kemm se jkollna tpinġijiet u ċarts sbieħ!!