Vjaġġ fuq tal-linja


Il-Ħadd li għadda filgħodu kont eċitat ħafna għax jiena u l-mama' konna ħa mmorru vjaġġ fuq tal-linja. Daqs kemm kont eċitat lanqas biss stajt nistenna. Xħin wasalna qgħadt noqgħod inħares madwari u kont rajt ħafna affarijiet bħall-mogħoż,żwiemel,nagħaġ,ħamiem,gamiem u għasafar ikkuluriti. Użajt tikka l-mowbajl.


Kien hemm ħafna nies u wieħed minnhom kien ġuvni. Ix-xufier kien għamel ħafna diski Maltin u waħda minnhom kienet "Xemx wisq sabiħa" u ħafna iktar li ma nistax niftakar x'jisimhom. Bdejt inxomm riħa ta' burgers u bdejt nitħajjar għal waħda. Allura saqsejt lil ommi jekk ma nistax nieħu waħda xħin ninżlu u qaltli iva. par2


Kont saqsejtha wkoll jekk ma tistax tixtrili xi Sprite jew Fanta għax kont ilni ma nieħu u qaltli iva wkoll imma kelli nixrob il-flixkun tal-ilma li kienet xtratli qabel ma tlaqna u jiena għidtilha ''ok''.par3


Imbagħad fl-aħħar ix-xufier storda u għan-naqra ma ħbatniex. Fl-aħħar għaddielu u xħin wasalna ħadt ir-ruħ li wasalna. Kont għajjien ħafna u naħseb li nerġa' mmur għax ħadna ħafna u ħafna pjaċir.par4