Dakinhar li mort is-suq man-nanniet, abigail magro year6.2


Kont ili nstenna dinmil-ġurnata u fl-aħħar waslet. Kien l-Erbgħanu skola ma kellix. Filgħodu qomt għand in-nanniet u qaluli li konna sejrin sas-suq taż-Żejtun.


Ħassejtni ferħana se ntir. Wara li ħadna l-kolazzjon tlaqna bil-mixi u wasalna xi l-għaxra ta' filgħodu. L-aktar li kien hemm kien anzjani u ħassejtni ħuta barra mill-ilma. Malli wasalt laqtuni l-affarijiet differenti li kien hemm għall-bejgħ. Ir-riħa tal-imqaret qasmitli qalbi. Xtrajna tużżana u komplejna nduru.


In-nanna riedet tixtri l-ħut. Xtaqt li ma ndumux għax ir-riħa m'għoġbitnix. In-nannu ried par kalzetti sufin u morna ħdejn dak li jbiegħ il-ħwejjeġ. Spiċċa xtara ħames pari għax kienu bl-offerta. In-nanna xtratli l-isbaħ skufja u beritta tal-Juventus għal ħija biex nagħtihielu meta jiġi mill-iskola. Kien imiss lil tal-fjuri u b'sorpriża kbira n-nannu xtara bukkett ward lin-nanna ta' Jum San Valentinu.


Kif rajt lill-bejjiegħ tal-ġugarelli waqaft zoptu. Kellu pupa l-ġmiel tagħha u b'ħarsa n-nanna fehmitni u xtrathieli. Aħna u ħerġin iltqajt mal-ħabiba tiegħi Alishia. It-tnejn kellna idejna mburġati bill-basktijiet. Lura d-dar kont għajjiena mejta iżda żgur kienet dawra sabiħa u li nixtieq nerġa' mmur.