X ġurnata dik!


Il-Ħamis, 15 ta Awwissu, 2019.


Għażiż djarju,


Kien it-Tnejn filgħodu u kienet festa pubblika, allura ma kellix skola. Kont waħdi d-dar għax ommi kienet ix-xogħol. F'daqqa waħda qabadni ġuħ iblaħ, mort nagħmel biċċa ħobż biż-żejt u ż-żebbuġ. Aħna għandna qattusa bebbuxija d-dar li kull fejn immur tiġi warajja. Wara li lestejt il-biċċa ħobż, poġġejt bil-qiegħda, ressaqt is-siġġu u eżatt meta kont ser nibda niekol nisma' ħoss. BUM! X'ħin ħarist indunajt li kont ilqatt il-vażun bis-siġġu. Xħin rajt l-iktar vażun favorit ta' ommi mal-art imkisser, tgħidx kemm ippanikjajt, imma għalxejn għax laħqet ġiet ommi tatni ħasla tajba imma jien għidtilha li l-qattusa waqqegħt. Ma nafx kif, ommi emmnitni. Imnalla il- qattusa ma titkellimx għax kont ngħaxxaqha! Illum ġietni tajba, imma darba oħra tista' tiġini ħażina.


Dejjem tiegħek,


Lincoln