Il-familja Agius qatt ma kellhom tfal tagħhom u dejjem kellhom xewqa kbira li jkollhom familja. Ken huwa tifel li hu dejjem imdejjaq għax la għandu ikel, la ħwejjeġ u lanqas ġugarelli u b'hekk kien ikun dejjem bil-geddum. Il-familja Agius tgħix f'dar kbira u sabiħa ġewwa ż-Żejtun f'Malta. Ken jgħix f'pajjiż ikrah u mitluq ġewwa l-Brazil. Il-familja Agius marru l-Brażil bħala volontarjat.


Waqt li kienu l-Brazil, il-familja Agius ltaqgħu ma' Ken u mall-ewwel ħadu grazzja miegħu.Tgħidx kemm ferħu meta saru jafu li setgħu jaddottaw lil Ken. Ken niżel magħhom Malta meta huma niżlu lura Malta.


Ken kien ferħan ħafna bid-dar kbira u sabiħa speċjalment meta ra l-kamra tiegħu. Ken ħassu skomdu u kienet iebsa biex jitgħallem il-lingwa. Xi kultant kien ikun imdejjaq għax jiftakar fil-familja tiegħu. Il-familja Agius xtrawlu kull ma kellu bżonn. Ken kien jistagħġeb bil-ġugarelli li xtrawlu. L-iskola kien kuntent ukoll għax għamel ħbieb ġodda li kienu jħobbuh ħafna.


Għalkemm Ken jinsab 'l bogħod mill-familja, il-ħajja tiegħu nbidlet għall-aħjar grazzi għall-familja Agius li huma wkoll jinsabu kuntenti ħafna.

FAMILJA ĠDIDA GĦAL KEN