Titlu tar-rivista: San Tumasinu


Titlu tal-artiklu: Spettaklu ta’ Talenti


Miktub minn: Massimo Parrella




Nhar il-Ġimgħa, 30 t’Ottobru saret attivita’ fis-sala tal-iskola Primarja Żejtun B mis-sitta sat-tmienja ta’ filgħaxija, bl-isem ‘Spettaklu ta’ Talenti’.


Ħadu sehem studenti tar-raba’, tal-ħames u tas-sitt sena li urew it-talenti differenti tagħhom. Is-sala kienet mimlija daqs bajda, lanqas kien hemm post fejn tpoġġi ras ta’ labra. L-ispettaklu kien jikkonsisti fi żfin ta’ kull tip, kant,

akrobazija, maġija u drama minn madwar tletin parteċipant.


L-aktar spettaklu li kien jisboq kien dak tal-maġija li għamel tifel żgħir mir-raba’ sena. Dan it-tifel għandu ħila kbira u mpressjona lil kulħadd. Kien bravu u

kapaċi daqs persuni famużi fil-maġija. Lili dejjaqni ħafna ż-żfin tal-ballet.


Grazzi għal din l-attivita’ nġabru fondi għal dar Nażaret taż-Żejtun. Bħala mistiedna speċjali kien hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni u s-Sindku tar-raħal.


Jien naħseb li setgħet ġiet użata aktar animazzjoni fuq il-palk,  imma għal darb’oħra, għax kif jgħidu ‘Tikber u titgħallem’. Din l-attivita’ għandha tibqa’ ssir kull sena, għaliex hekk l-istudenti jħabirku u jagħmlu l-almu tagħhom biex jeżebixxu t-talenti tagħhom!


Din l-attivita' kienet opportunita’ tad-deheb għall-istudenti!