Ittra Elettronika




Lil magdamaria@internet.com

Mingħand emily.catania@posta.com.mt

Data 12.07.2018

Suġġett Il-vaganzi tas sajf

Għażiża Magda,


Jien ninsab tajba grazzi, nispera li int ukoll! Napprezza ħafna li ħsibt fija u ktibtli din l-ittra. Il-vaganzi tas-sajf jien qed nqattahom mal-familja tiegħi kif ukoll maz-zija u l-kuġini.


Il-ġranet qed inqattahom noħorġu ,mmorru l-baħar, kif ukoll nagħmlu xi barbikju, daqqa d-dar tagħna fil-bitħa u drabi oħra fuq il-bejt taz-zija. Ħsibt ħafna fuq li ktibtli biex niġi Għawdex ħdejk! Jien għidt lill-ġenituri tiegħi u l-ideja għoġbithom ħafna! Bis-saħħa tiegħek il-familja tiegħi ħa jitilgħu Għawdex ukoll u ħa naghmlu għaxart ijiem hemmhekk. Hekk jien inkun nista' naghmel ftit mill-ġranet miegħek. Ninsab ħerqana ħafna biex niġi nqatta' ftit jiem mill-vaganzi tas-sajf ġewwa Għawdex miegħek!


Tislijiet,



Emily