Annimal li għandna fid dar


Jiena nħobb ħafna l-annimali għax vera niggustahom. Fil-fatt id-dar tiegħi inrabbi kelb li jismi Cooper. Hu għandu sena u nofs.


Il- kelb qlajtu rigal mingħand ommi. Cooper għandu l-pil abjad u kannella, għajnejh bluni ċari u huwa zgħir daqs tikka. Il- kelb huwa ubbidjent ħafna u makakk daqs ġurdien xiħ.


Il-kelb joqgħod jiġri d-dar tagħanu jorqod fis-sodda tiegħu.Cooper iħobb ħafna l-eżerċizzju u jħobb jilgħab bil-ballun u s-'soft toys'. Jiena u Cooper nilagħbu ħafna flimkien u kieku kont taf kemm ninku lil xulxin!


Jiena nieġu ħafna ħsiebu billi kuljum nagħtih l-ikel u x-xorb. Jekk ikun ma jiflaħx aħna nieħduh għand il-veterinarja biex tara x'għandu.


Jiena nħobbu ħafna għax iżommli kumpanija u kuljum iferraħni. Cooper huwa speċjali ħafna għax huwa parti mill-familja tiegħi. Se nagħmel appell lin-nies li m'għandhomx jagħmlu affarijiet li jweġġgħu l-annimali għax huma għandhom qalb bħalna.