Id-Djalogu

In-nanna: Ħelow! Min hemm?


Jien: Nann, jien, kollox sew?


In-nanna: Ħelow, qalbi. Jiena tajba. Inti?


Jien: Jiena tajjeb ukoll. L-iskola se nagħmlu reċta jisimha Tifla teqred Ġganta. Nanna Ġuża, trid tiġi tarani?


In-nanna: Meta se ssir?


Jien: Nhar it-Tlieta.


In-nanna: U x'se tkun int?


Jien: Jien ħa nkun il-ġganta.


In-nanna: Il-mama' ġejja wkoll?


Jien: Iva, ommi ġejja.


In-nanna: Suppost m'għandi xejn dakinhar.


Jien: Tajjeb mela, nann. Narak!


In-nanna: Perfett! Mela narak ma ndumx, qalbi. Sellili ghal ommok.