Mikaela Vella Aquilina


Il- persuna favorita tiegħi.



Il-persuna favorita tiegħi hu 'player' tal-futbol li jismu Zlatan. Nafu għax hu fit-'team' favorit tiegħi u narah fuq it-televiżjoni.  Jien nixtieq li xi darba niltaqa' miegħu.


Dan għandu karattru partikolari. Meta tarah tibża' minnu imma fir-realta' hu ferrieħi u simpatiku. Hu wkoll dejjem lest biex jara kif se jgħin lill-'players' kollegi tiegħu biex jsiru 'players' tajbin. Zlatan hu raġel twil u għandu 39 sena. Għandu xagħaru twil u tbissima żgħira.


L-affarijiet li nammira f’din il-persuna huma li għalkemm għandu l-eta' għadu jilgħab tajjeb. Togħġobni fih li dejjem irid jirbaħ u li dejjem lest li jikkoreġi u jgħin lill-'players' sħabu biex isiru aħjar.  


L-aktar ħaġa li ddejaqni fih hi li jħobb jiftaħar bih innifsu.