Familja ġdid għal Ken







Darba waħda kien hemm raġel u mara li xtaqu jkollhom it-tfal imma meta żżewġu ndunaw li ma jistax ikollhom tfal. Kienu ilhom jaħsbu ħafna kif tħossok mingħajr tfal sakemm f'ġurnata xitwija, waqt li kienu qed jieklu, raw avviż fuq it-televixin.


L-avviż kien qed jinforma lin-nies xi trid tagħmel hekk tixtieq taddotta t-tfal. Ma setgħux jirreżistu għal dak l-avviż. Bdew jaraw lit-tfal ibatu u ma setgħux jistennew sekonda iktar x'ħin rawh. Marru fl-uffiċini kif kien meħtieġ u bdew jaraw x'jistgħu jagħmlu biex jaddottaw.


Meta rċevew risposta li jistgħu, ibbukkjaw l-ajruplan u rħewlha lejn l-Indja. L-Indja hu pajjiż b'popolazzjoni kbira li taqbeż il-biljun ruħ. Meta waslu l-ajruport, morru ġod-dar minn fejn kellhom iġibu lit-tifel. It-tifel kien jismu Ken u kien joqgħod ġo raħal żgħir fil-Belt Kapitali. 


Tgħidx kemm kienu eċċitati sakemm waslu. Lanqas kienu jafu x'se jaqbdu jagħmlu x'ħin iltaqgħu  ma' Ken. Kienu ferħanin se jtiru. Kien raw lil binhom għall-ewwel darba! Anke Ken kien ferħan. Il-koppja kienu tgħallmu ftit kliem Indjan u kif jgħixu l-Indjani ħalli jkunu jistgu jikkomunikaw ma' Ken.


Il-familja inkluż Ken ġew lura Malta. Kienu jinsabu kuntenti ħafna fid-dar tagħhom. Il-familja xtraw kelb iswed biex ikun jista' jgawdi magħhom din l-avventura l-ġdida.