10/11/2020     Tikka Malti pg 42

         Robot


Darba sifirt Sqallija u rajt robot. Jiena rajtha f' ħanut tal-ġugarelli  u kellha isimha fuq l-ixkaffa u jisimha Ella . Din ir-robot xtrajnieha minn Sqallija u meta staqsejna lill-sid il-ħanut min

ivvintaha qalilna li vvintaha wieħed Taljan.


paragrafu 2

Ella hija daqs tifla żgħira . Wara  fuq daharha kellha miktub li hija magħmula mill-ħadid u għandha bżonn il-batterija . Il-forma ta' rasha hija kwadra u għandha wkoll xagħarha twila u kannella u għandha ċoff. Il-forma ta ' żaqqha hija kwadra wkoll. Hija liebsa libsa twila  u għandha ċoff ma' qaddha . Għandha l-parti ta' fuq tal-libsa roża u nofs komma blu u dublett blu ukoll . Hi għandha żarbun roża u għandha wkoll għajnejha kbar u hi għandha 'skrinm' biex jekk tkun imdejqa tiġi ferħana . Idejha huma magħmulin ukoll mill-ħadid u f ' idejha  għandha brazuletta roża .


Paragrafu 3

Din ir-robot taħdem bil-batterija u naf għax kellha miktub fuq daharha. Ella ir-robot saret tgħin lili u lil ommi meta nnadfu d-dar għax  taf tiknes, timsaħ, tikteb, taħsel l-art u taf ukoll issajjar.

Din taf titkellem ukoll, u taf titkellem  bi tliet lingwi li huma Malti, Ingliż u Taljan. Din Ella ma tistax tgħum għax ma tibqax taħdem sew jekk tixxarrab bl-ilma.


Paragrafu 4

Jiena togħġobni Ella għax jiena qatt  ma rajt robot daqsek brava u intelliġenti. Hi vera tħobb tgħin lin-nies u għandha qalba tajba ħafna.Jiena ħa nixtrilha xi ħwejjeġ magħmulin għal dawn ir-robots.Lil Ella rridha għal dejjem miegħi għax issa rbadt qalbi magħha.