X'ġurnata dik!


Kienet ġurnata sabiħa u qattajtha mal-familja. Għalkemm sabiħa kienet ġurnata daqxejn diffiċli minħabba li kellna ordni biex ma noħorġux mid-dar minħabba is-saħħa.


In-nanna kienet ilha tgħidli biex norqod għandha u ddeċidejt li nqatta' ġurnata u nibqa' norqod hemm sal-għada filgħodu. Kien is-Sibt filgħaxija tal-ġimgħa l-oħra, u wara ġurnata nsajru, innaddfu u nimbxu lil xulxin wasal filgħaxija. In-nanna tbati bil-fwawar u xegħlet il-fann u kessħitni! Hija torqod kmieni u għalhekk mas-sebgħa konna diġa ġos-sodda. Jien sibt posti b'rasi fuq l-imħadda. F'daqqa wahda bdiet tonħor f'widnejja! In-nanna kienet raqdet waqt li jien kont għadni qed nara t-televizjoni. Bejni u bejn ruħi bdejt nara kif ser inwaqqafha. Ġietni idea biex nagħmlilha ċajta billi nagħfsilha mneħirha. Kif eżatt missejtilha mneħirha qamet irrabbjata. Qamet maħsuda għax ħasbet li kienet qiegħda tgħum u bdiet tifga!


In-nanna spjegatli biex darb'oħra nqajjimha mhux nipprova nsoddilha mneħirha. X'ġurnata dik man-nanna! Għadna nsemmuha u nidħku flimkien!