Spettaklu ta' Talenti

Wirja sabiħa tat-tfal



Is-Spettaklu ta' talenti saret fis-sala ta' l-iskola fit-tmien ta' din il-ġimgħa sabiħa. Damet jumejn sħaħ u kien hemm ħafna nies magħna.


Kulħadd seta' jieħu sehem imma 230 tfal biss ħadu sehem. Kien hemm ħafna żfin, kant, akrobzija, mużċisti u ħafna iktar. Mitejn adulti ġew jaraw lit-tfal tagħhom jagħmlu t-talenti tagħhom stess.


Kulħadd kellu ħafna talenti ta' barra minn hawn. Magħna kien hemm ukoll il-President ta' Malta ma' martu. Kien hemm ftit karate' u ħafna nies li jagħmlu l-maġija.


Inġabru wkoll ħafna fondijiet għall-istrina. L-għalliema tkellmu fuq kemm ġabru u qalu lil kulħadd li ġabru 100,563 ewro. Nirringrazjaw lil min ġabar naqra flus għall-istrina.


Stajna nagħmlu xi "show" jew "play" imma ma kellniex biżżejjed spazju. Allura ddeċidejna li nagħmlu Spettaklu ta' talenti għat-tfal għaliex ħadmu sew f'din is-sena skolastika ta' 2022-2023.

Tfal jiżfnu waqt l-ispettaklu