Vjaġġ fuq tal-linja

Fl-eqqel tas-Sajf, is-sena l-oħra, fl-għaxra ta' filgħodu kont sejjer il-Belt ma' sieħbi b'tal-linja. Konna sejrin naraw film. Meta tlajna qagħdna fuq wara u bdejna nisimgħu d-diski. Ħassejna ħafna sħana!


Kien hemm ħafna nies u konna qisna f'kaxxa tas-sardin. Kienet mimlija turisti u kien ħafna ta' fwieħa. Jien bdejt inħares mit-tieqa nara l-karozzi ġejjin u sejrin.


F'daqqa waħda telgħu raġel u mara jiġġieldu. Ix-xufier ħa qatgħa u tal-linja ħabtet ma' karozza. Kulħadd ħa qatgħa kbira. In-nies qamu minnufih biex jinżlu għax bdew jibżgħu. Kien hemm mara xiħa ma setgħetx tinżel għax ma kinitx tiflaħ. Allura jien u sieħbi qomna ngħinuha biex tinżel.


Ġew il-pulizija u aħna bqajna sejrin il-Belt. Kien vjaġġ li mhu se ninsa qatt. Kieku ma telgħux jiġġieldu, kieku forsi tal-linja ma ħabtitx. Kif jgħid il-Malti, aħjar kelma nieqsa milli kelma żejda.

Josef Caruana